Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ PENSJONIJIET, GĦAJNUNA U BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAS-SENA 2014

pr2858
Date Icon 20/12/2013

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża li bħalissa għaddejjin il-preparamenti biex tkun tista’ titħallas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja (€3.49 fil-ġimgħa) fil-benefiċċji, pensjonijiet u għajnuniet soċjali kollha.

L-ewwel żidiet għall-għoli tal-ħajja fil-pensjonijiet u għajnuniet soċjali, li jitħallsu kull erba’ ġimgħat, għandhom jitħallsu fil-pagamenti tal-benefiċċji msemmija matul ix-xahar ta’Jannar 2014 kif ġej:

• Pagamenti li se jitħallsu fl-4 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda fir-rata mill-istess data
• Pagamenti li se jitħallsu fil-11 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll ġimgħa arretrati
• Pagamenti li se jitħallsu fit-18 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll ġimagħtejn arretrati
• Pagamenti li se jitħallsu fil-25 ta’ Jannar se jkollhom iż-żieda mill-istess data u jkollhom ukoll tliet ġimgħat arretrati

Bħalissa wkoll għaddejjin preparamenti biex titħallas l-għotja ta’ €300 lill-anzjani ’l fuq minn ħamsa u sebgħin (75) sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom.

Dawn il-pagamenti mistennija jitħallsu matul ix-xahar ta’ Frar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow