Left arrow Mur Lura

AKTAR INIZJATTIVI TA’ ŻMIEN IL-MILIED LI JTEJBU L-ASPETT KULTURALI F’GĦAWDEX

pr2855
Date Icon 20/12/2013

Minkejja li San Lawrenz huwa wieħed mill-iżgħar irħula ta’ Għawdex, xorta jikkonserva l-identità vera tal-gżira u tal-komunità Għawdxija. Hekk stqarr il-ministru għal Għawdex l-Onor Dr. Anton Refalo meta indirizza konferenza stampa fil-misraħ ewlieni ta’ San Lawrenz b’konnessjoni mal-pageant tal-Milied li dan ir-raħal fil-punent ta’ Għawdex issa ilu jorganizza sa mill-1968.

Il-ministru Refalo stqarr li minkejja li hawnhekk ninsabu fil-periferija tal-gżira, minn San Lawrenz jgħaddu ħafna turisti barranin,  tant li fih insibu waħda mill-lukandi ta’ ħames stilel rinomati ta’ pajjiżna. Il-pjazza ewlenija li fil-preżent qed tiġi rrijabilitata’ mill-kunsill lokali b’fondi Ewropej, tinsab fuq ir-rotta lejn il-bajja tad-Dwejra. 

Il-ministru Refalo stqarr li l-ministeru tiegħu huwa kommess sabiex jgħin f’kull inizjattiva ta’ din ix-xorta li tgħolli l-livell tal-għixien tal-komunitajiet Għawdxin u tattira aktar viżitaturi lejn Għawdex speċjalment it-turiżmu intern f’dan iż-żmien fejn it-turiżmu jkun kwiet. 

Preżenti għall-konferenza kien hemm fost l-oħrajn il-kappillan ta’ San Lawrenz Dun Nazju Borg li stqarr li l-edizzjoni tal-pageant ta’ din is-sena, il-ħamsa u erbgħin waħda,  iġġib l-isem ta’ Twieled għalihom ukoll. Mistennija jieħdu sehem ’il fuq minn mitejn attur. Dan huwa numru sostanzjali meta wieħed iqis li f’San Lawrenz jgħixu ftit aktar minn ħames mitt ruh. Din is-sena, il-pageant ser jittella’ nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru u jibda fis-6.00 ta’ filgħaxija. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow