Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIĠI PPREŻENTAT IL-KTIEB “GONZI AND MALTA’S BREAK WITH GADDAFI”, MILL-AWTUR DR JOSEPH CASSAR.

pr2853
Date Icon 19/12/2013

Illejla fis-sala tal-Arazzi fil-Palazz il-Belt, l-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia ġie ppreżentat bil-ktieb Gonzi and Malta’s break with Gaddafi, Recollections of a Premier, mill-awtur Dr Joseph Cassar, fil-preżenza ta’ Dr Lawrence Gonzi.

Fid-diskors li għamel l-Ispeaker, huwa fakkar dak li kien qal fil-Parlament nhar is-17 ta’ Lulju 2013, meta Dr Lawrence Gonzi kien irriżenja minn membru Parlamentari mill-Parlament Malti, li l-istorja għad trid tiġġudika hi lill-istess Dr Lawrence Gonzi. Huwa proprju llum il-mument bl-istorja miktuba li d-deċiżjonijiet li saru minn Dr Gonzi waqt u tul il-kriżi Libjana, kienu deċiżjonijiet tajba u ġusti, u b’lealta kemm lejn il-poplu Malti kollu, għal-umanita’ u b’rispett lejn id-dritt internazzjonali, inkluż in-newtralita’ kostituzzjonali ta’ pajjiżna.

L-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia temm id-diskors tiegħu  b'kwotazzjoni ta’ Albert Einstein, fejn qal: “hekk tagħmel dejjem l-istess affarijiet, tippretendiex li ħa ssir il-bidla.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow