STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA
Il-Gvern huwa nfurmat li llum wara nofsinhar f’awla tal-Qorti l-Maġistrat Carol Peralta allegatament organizza party li għalih stieden diversi persuni u li meta ġurnalist ipprova jieħu ritratt ta’ dak il-party il-Maġistrat ordna l-arrest tiegħu minkejja li f’dak il-ħin ma kenitx għaddejja seduta.
Din l-informazzjoni tidher li hi konfermata minn rapporti li dehru fil-media.
Il-Gvern qiegħed jikkundanna dan l-allegat aġir inaċċettabbli u jemmen li aġir bħal dan joskura l-ħafna xogħol tajjeb li jsir mill-ġudikatura.
Għaldaqstant il-Gvern, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, Dr Owen Bonnici, kiteb formalment lill-President ta’ Malta fil-kariga tiegħu ta’ chairman tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sabiex b’mod urġenti l-Kummissjoni tindaga dan l-allegat aġir tal-Maġistrat Peralta.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en