Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA

pr2841
Date Icon 18/12/2013

Preżentati 21 sottomissjoni għall-proġetti tar-Reklamazzjoni tal-Art lill-Gvern Malti

L-Erbgħa wara nofs in-nhar fil-Bini tal-Baviera ltaqa’ għall-ewwel darba l-kumitat ta’ evalwazzjoni maħtur fuq il-proġett tar-Reklamazzjoni tal-Art. B’kollox hemm 17-il kumpanija li bejniethom ippreżentaw 21 proġett.

Il-proġetti ppreżentati ġejjin kemm mingħand kumpaniji lokali kif ukoll barranin u anke hemm Joint Ventures bejn it-tnejn. Il-Gvern mhux marbut li jagħmel dawn il-proġetti filwaqt li dawk li ssottemettew il-proġett jistgħu jintalbu jippreżentaw studji oħrajn sabiex jissostanzjaw dawn il-proġetti.

L-evalwazzjoni li se ssir mill-kumitat għandha tibbaża fuq l-innovativita’ tal-proġetti nfushom u anki fuq kemm huma vijabbli ambjentalment, ekonomikament u soċjalment.

Il-proġetti jestendu bejn Għawdex u Marsaxlokk u jvarjaw minn proġetti fuq estensjonijiet ta’ proġetti eżisenti sa proġetti ġodda u innovattivi fosthom Race Track, faċilitajiet sportivi, Underground, Marina Villages, Boutique Hotels, bajjiet u Green Areas ġodda, Business Centres, u saħansitra Floating Villages.

Uħud mill-proġetti ppreżentati qed ikunu proposti biex isiru lil hinn mix-xtajtiet Maltin iżda fl-ibħra territorjali tagħna.

Ħafna mill-proġetti ppreżentati għandhom pjan ta’ enerġija li hu ekoloġiku u mhux se jkunu ta’ piż fuq l-infrastruttura u s-servizzi tal-pajjiż.

Il-pjan tal-Gvern huwa li l-pubbliku Malti jkollu l-opportunita’ li jara kull proġett ippreżentat waqt wirja li se tkun organizzata aktar ‘il quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow