Left arrow Mur Lura

MALTA GĦANDHA L-KWALITAJIET KOLLHA MEĦTIEĠA BIEX ISSERVI TA’ HUB REĠJONALI GĦALL-MEDIĊINA ALTERNATTIVA U AKUPUNTURA

pr2837
Date Icon 18/12/2013

Malta għandha l-kwalitajiet kollha meħtieġa biex isservi ta’ hub reġjonali għall-mediċina alternattiva u akupuntura. Dan qalu dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Dr. Godfrey Farrugia, waqt żjara uffiċjali li għamel fiċ-Ċentru Mediterranju għall-Mediċina Alternattiva Ċiniża f’Kordin, Raħal Ġdid.

Dr. Farrugia faħħar ix-xogħol li qed jagħmel dan iċ-ċentru f’Malta u wkoll fakkar fir-relazzjonijiet tajbin li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment fil-qasam tas-saħħa.

Il-Ministru fakkar li fit-8 ta’ Mejju li għadda, ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn l-Universita` għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniza ta’ Shanghai u l-Universita` ta’ Malta li għandu jwassal għal koperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi biex ikun stabbilit postgraduate degree “Master in Traditional Chinese Medicine and Culture”.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li hemm health care professionals Maltin li diġa wrew interess li jkollhom aktar għarfien dwar din il-kura tradizzjonali Ċiniża. Huwa qal ukoll li fiċ-ċentru biss, kull sena jkun hemm madwar 10,000 pazjent Malti u Għawdxi, filwaqt li fis-servizz li dan iċ-ċentru jagħti fl-outpatients, ikun hemm madwar 25 pazjent ieħor.

Iċ-ċentru, li twaqqaf fl-1994, jipprovdi wkoll servizz ta’ outpatients kemm fl-Isptar Mater Dei u wkoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Matul dawn l-aħħar għaxar snin ġew f’pajjiżna 11-il tim mediku mid-Dipartiment tas-Saħħa ta’ Jiangsu biex iservu fiċ-ċentru.

Waqt iż-żjara tiegħu il-Ministru Godfrey Farrugia kien akkumpanjat mis-Sur Reno Calleja, President tal-Malta-China Friendship Society u ntlaqa’ fiċ-ċentru mill-ET l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, Cai Jinbiao u mid-Direttur taċ-Ċentru, Dr. Xiaolan Wang.

L-ET Cai Jinbiao irringrazzja lill-Ministru Farrugia taż-żjara tiegħu u filwaqt li tkellem dwar id-diversi oqsma li fihom hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, stqarr li din il-koperazzjoni se tkompli tiżdied fil-futur.

Dr. Wang spjegat id-diversi servizzi li jingħataw fiċ-ċentru u wkoll tkellmet dwar il-popolarita’ dejjem tikber ta’ dan iċ-ċentru mal-poplu Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow