STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTRU MANUEL MALLIA B'RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Meta kont ingaġġat bħala Avukat jien tqabbadt fuq kaz ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi bejn George Farrugia fil-konfront ta’ kumpanija tal-aħwa Farrugia. Fil-fatt dan huwa kkorroborat minn ittra datata 27 ta’ Settembr 2010 li tgħid li ‘this appointment relates specifically to the misappropriation of funds by the said Mr Farrugia against the company’.
Il-Partit Nazzjonalista żgur qed ibati minn amnesija meta qed jgħid li jien kont Ministru fl-2010. Dak iż-żmien l-anqas biss kont fil-politka.
Infakkru, illi l-Ministru dak iż-żmien kien wieħed Nazzjonalista i.e. Austin Gatt, u għalhekk kien ikun aħjar li l-Partit Nazzjonalista jindaga dak li ġie allegat mill-istess Ġorġ Farrugia dwar għotja għall-kampanja elettorali tal-istess Ministru tal-Enemalta ta’ dak iż-żmien.
Ikun ukoll aħjar jekk il-Partit Nazzjonalista miżgħud b’ħafna avukati jfiehem it-tifsira eżatta tas-sigriet professjonali li bih hu marbut kull avukat. Hija ħasra li xi avukat jipprova jieħu vantaġġ politiku billi jilgħab b’dan id-dritt.
Ir-responsabilità politika tat-tixħim fix-xiri taż-żejt mill-Korporazzjoni Enemalta kienet, għadha u tibqa’ tal-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fil-Gvern, u mhux tiegħi li qdejt xogħli bil-mod professjonali, kif dejjem għamilt matul it-tmienja u tletin sena tal-karriera tiegħi bħala avukat.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en