L-ISPEAKER, L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA JIRĊIEVI ŻJARA TA KORTESIJA MILL-EX CHAIRMAN TAL-KUNSILL NAZZJONALI TRANŻITORJU LIBJAN MUSTAFA ABDUL JALIL
Tard illum wara nofsinhar, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, irċieva żjara ta’ kortesija mill-ex Chairman tal-Kunsill Nazzjonali Tranżitorju Libjan, Mustafa Abdul Jalil.
L-Ispeaker rringrazzja lil Mustafa Abdul Jalil talli dejjem kien fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u dan kemm qabel u waqt ir-revoluzzjoni. Minħabba l-istess valuri integri tiegħu, huwa sofra u ta’ dan jistħoq kull ammirazzjoni, l-għaliex il-kobor ta’ politiku jiġi mkejjel biss bit-tbatija li jkun għadda minnha l-istess politiku minħabba l-valuri tiegħu, sostna l-Ispeaker.
Matul l-istess laqgħa, l-Ispeaker irrifera għal laqgħa li kellu aktar kmieni din is-sena f’pajjiżna, mad-Deputat Speaker tal-Kungress Nazzjonali Libjan Joma Atagi fejn tenna l-appoġġ tiegħu bħala Speaker tal-Parlament Malti, għat-tħaddiem ta’ demokrazija parlamentari fil-Libja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en