Left arrow Mur Lura

IL-PARLAMENT JLAQQA’ SEDUTA SPEĊJALI TA’ NANNIET MALTA

pr2829
Date Icon 17/12/2013

Dalgħodu l-iSpeaker laqa’ fil-Parlament numru sabiħ ta’ nanniet u neputijiet, fejn għall-ewwel darba nżammet seduta speċjali tan-nanniet maltin.

Fl-indirizz prinċipali l-iSpeaker tkellem dwar l-irwol ferm importanti tal-anzjani tagħna fis-soċjeta’ maltija fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. L-iSpeaker qal li l-anzjani partikolarment dawk li huma nanniet huma s-sostenn naturali tal-workforce ta’ pajjiżna u għaldaqstant huwa xieraq li n-nanniet ta’ pajjiżna jkunu rikkonoxxuti.

L-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia sellem lil dawk preżenti fosthom il-President Emeritus Edward Fenech Adami, lill-Profs Rizzo Naudi, lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onorevoli George Vella li lkoll huma nanniet. L-iSpeaker hawn sellem ukoll lin-nannu tal-umanita’ li ħalla d-dinja ftit jiem ilu; Nelson Mandela, li bata biex biddel.

Fl-aħħar tas-seduta, wara l-messaġġ tal-president u fundatur ta’ Nanniet Malta, is-Sur Philip Chircop, l-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia talab minuta silenzju għal dawk kollha li servew  u bnew pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow