L-ISPEAKER IŻUR BETLEHEM F’GĦAJNSIELEM
pr2824
16/12/2013
L-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia, dalgħodu kien mistieden iżur Betlehem f'Għajnsielem.
L-ispeaker ġie mdawwar mas-sit mis-Sindku t'Għajnsielem fejn ukoll ġie mlaqqa’ ma’ diversi persuni li kienu qed jieħdu sehem.
L-ispeaker irringrazzja lis-Sindku tal-opportunità li l-Kunsill Lokali t'Għajnsielem qed jagħti lill-pubbliku nġenerali, filwaqt li kkummenta pożittivament dwar il-fatt illi l-Ministeru għal Għawdex kompla jsostni din l-inizjattiva abbażi tal-kontinwazzjoni fuq dak li wettaq il-Ministeru għal Għawdex fl-amministrazzjoni preċedenti.
Jakkumpanjaw lill-ispeaker, Dr Joe Mifsud Coordinator Religious Affairs fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u Dr Grazio Mercieca, Chief of Staff tal-Ministeru.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en