Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-MFA B’VALUR TA’ €3 MILJUN

pr2823
Date Icon 16/12/2013

Iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Football Association b’valur ta’ €3 miljun fuq erba’ snin. Il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo u l-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo. Dan il-ftehim jinkludi fih id-diversi xogħlijiet li se jsiru fi 11-il grawnd f’Malta u Għawdex, fosthom il-grawnd tal-Isla f’Kordin, il-grawnd tal-Belt u anke x-xogħlijiet ta’ ristrutturar fil-grawnd tal-Hibernians. 

Waqt iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-ftehim li saret fil-bini tal-MFA f’Ta’ Qali, is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li fil-ġimagħtejn li għaddew il-Gvern wettaq diversi wegħdiet elettorali, intiżi biex jissaħħaħ l-isport f’pajjiżna. Dan il-ftehim li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu se jwassal biex f’dawn il-grawnds jintlagħab il-logħob li se jsir f’Malta tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena. Huwa kompla jgħid li dan il-ftehim huwa parti minn kullana ta’ inizjattivi fosthom il-ftehim mal-Kumitat Olimpiku Malti, il-bini tal-waterpolo pitch ta’ Birżebbuġa u l-estensjoni tal-iskema 20/20. 

Dr Buontempo temm jgħid li permezz tar-riforma fl-isport li se tkun qed tiġi mnedija s-sena li ġejja se jkunu l-assoċjazzjonijiet li se jkunu qed imexxu l-isport bil-Gvern ikun regolatur. 

Il-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo qal li l-futbol għaddej minn żmien partikolari speċjalment meta wieħed jikkunsidra r-regoli tal-fairplay mill-UEFA. Huwa qal li dan il-ftehim huwa parti minn dak li għandu jsir fil-futur fejn l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs jingħataw l-għodod kollha biex imexxu l-għaqda tagħhom. Għalhekk l-MFA se tkun qed taħdem mal-Gvern biex isiru tibdiliet fil-liġi ħalli l-klabbs ikunu sostenibbli. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow