Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

pr2821mt
Date Icon 16/12/2013

Malta u L-Istati Uniti Jiffirmaw Il-ForeignAccount Tax Compliance Act

F’isem il-gvernijiet rispettivi tagħhom, il-Ministru għall-Finanzi EdwardScicluna u l-Ambaxxatriċi Gina Abercrombie –Winstanley iffirmaw il-Foreign Account Tax Compliance Act (FATCA)nhar it-Tnejn, 16 ta’ Diċembru, 2013.

Il-“Ftehim tal-FATCA” huwa żvilupp ieħor fir-relazzjonijiet bejn Malta ul-Istati Uniti rigward l-iskambju ta’ informazzjoni u għandu jsir bil-ħsieb lijtejjeb il-konformita` tat-taxxa internazzjonali permezz ta’ assistenzareċiproka f’materji tat-taxxa bbażati fuq infrastruttura effettivagħall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.

L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehim tal-FATCAessenzjalment isegwi approċċ bilaterali. Fir-rigward t-tentattivi li marnexxewx mill-Kummissjoni Ewropea biex taddotta approċċ komuni vis-à-vis l-Istati Membrital-UE għal FATCA , Malta, bħall-Istati Membri oħra tal-UE, innegozjatseparatament mal-Istati Uniti sabiex tikkonkludi l-ftehim tal-FATCA.

Permezz ta’ dan l-Att l-Istati Uniti u Malta sejaħdmu flimkien biex jinvestigaw u jiskoraġġixxu l-abbuż tat-taxxa barramill-pajjiż u tinbena sistema finanzjarja globali aktar b’saħħitha, aktrastabbli u aktar responsabbli.

L-Ambaxxattriċi Gina Abercrombie- Winstanleyirrimarkat waqt iċ-ċerimonja li l-FATCA huwa eżempju ulterjuri tar-rabtietprofondi u sostanzjali li b’mod pożittiv jorbtu l-ekonomija ta’ Malta ul-Istati Uniti. Hija qalet, “l-Iffirmar tal-lum huwa pass sinifikanti ’lquddiem fl-isforzi tal-pajjiżi tagħna biex jaħdmu b’mod kollaborattiv biex tiġimiġġielda l-evażjoni tat-taxxa barra mill-pajjiż– l-għan li bih jibbenifikaw iż-żewġpajjiżi b’mod reċiproku.”

Il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Sciclunaqal li “Is-sinjal li qed nibagħtu llum billi niffirmaw dan il-ftehim huwa lifil-qasam tal-evażjoni tat-taxxa, l-importanti huwa l-għemil u mhux il-kliem.“Ir-Rapport dwar it-Trasparenza u l-Iskambju tal-Informazzjoni għall-Finijiettat-Taxxa” tal-Forum Globali tal-OECD, wera li Malta effettivament hijakonformi daqs l-Istati Uniti, l-Ingilterra u l-Ġermanja.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi issa se jirrealizzawli huwa fl-interess tagħhom biex jikkonformaw mal-liġijiet fiskali tal-pajjiż rispettiv tagħhom. F'dan ir-rigward, l-Iskema ta' Reġistrazzjoni ta' Investiment dalwaqt tkun imnedija, u hija maħsuba biex tagħti l-opportunità liċ-ċittadini Maltin biex jikkonformaw volontarjament u jiżvelaw l-investimenti preċedenti tagħhom li ma kinux iddikjarati, qabel ma  l-awtoritajiet fiskali jaġixxu fuql-informazzjoni mibgħuta minn barra. "

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow