Left arrow Mur Lura

MALTA BIT-TIELET L-IKBAR RATA TA’ ŻIEDA FL-IMPJIEGI FL-UNJONI EWROPEA KOLLHA

pr2820
Date Icon 16/12/2013

Il-Eurostat tat konferma oħra li l-istrateġija tal-Gvern għall-ħolqien tax-xogħol qed tħalli l-frott tagħha. L-istatistika uffiċjali ppublikata llum tixhed kif l-enerġija ġdida u t- tmexxija determinata ta’ din l-amministrazzjoni fil-qasam tal-impjiegi qed imexxu lil pajjiżna fit-triq it-tajba.

Iċ-ċifri tal-uffiċċju Ewropew dwar l-istatistika juru kif fit-tielet kwart ta’ din is-sena, iġifieri bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta rreġistrat rata ta’ 1.7% fiż-żieda tal-impjiegi meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Din hija t-tielet l-akbar rata ta’ żieda fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. L-Irlanda u l-Lussemburgu biss kellhom rata għola ta’ żieda fl-impjiegi minn Malta.

Dan ir-riżultat huwa aktar sinifikanti meta tqis li bħala medja, fiż-żona Ewro, l-impjiegi mhux żdiedu iżda naqsu b’0.8%. Kien hemm ukoll 13-il pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea li rreġistraw tnaqqis, u mhux żieda, fl-impjiegi. B’differenza, Malta mhux talli kellha żieda, talli kellha fost l-aqwa żidiet fl-Unjoni Ewropea kollha.

L-istatistika pożittiva dwar it-tieliet kwart din is-sena tkompli tibni fuq l-istatistika dwar it-tieni kwart ta’ din is-sena li matulu pajjiżna kellu l-akbar żieda fl-impjiegi  sa mis-sena 2000. Il-konferma dwar il-ħolqien tax-xogħol toħroġ ukoll miċ-ċifri tal-NSO li jikkonfermaw kif, minn Marzu ta’ din is-sena, żdiedu n-nies li jaħdmu bi qliegħ b’aktar minn tlett elef u tlett mija, iġifieri medja ta’ tnejn u għoxrin impjieg kuljum.

Ir-rieda tal-Gvern li jinħoloq il-ġid u jitqassam b’mod ġust qed toħloq il-klima addattata biex is-settur privat, bħala l-katalist għall-ħolqien tax-xogħol, joħloq aktar investiment u opportunitajiet għall-ħaddiema tagħna. Din il-ħidma tkompli bil-miżuri tal-budget għas-sena d-dieħla li se jnisslu aktar fiduċja fis-suq tax-xogħol li għal dan il-Gvern huwa ta’ prijorità assoluta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow