Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA R-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI ONLY GIRLS ALLOWED

pr2818
Date Icon 16/12/2013

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edward Zammit Lewis, fl-okkażjoni tat-tħabbir tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni Only Girls Allowed spjega kif b’kollox ippartecipaw 49 tim b’125–il studenta mill-Form 1 u mill-Form 2.  L-Onor. Zammit Lewis stqarr li meta ħabbar din l-inizjattiva flimkien mal-Ministru Bartolo f’Ottubru li għadda, ma kienx qed jistenna din il-konkorrezna kbira. B’kollox ipparteċipaw tlettax-il skola: ħames skejjel tal-gvern, sitt skejjel tal-knisja, u tnejn privati. Din il-kompetizzjoni kienet parti mill-fiera annwali EMBED li saret ftit tal-ġimgħat ilu. 

L-Onor Edward Zammit Lewis qal li kien hemm min staqsa għalfejn din il-kompetizzjoni kienet limitata għall-bniet biss.  Ta’ min jgħid li l-parteċipazzjoni tat-tfajliet fl-edukazzjoni u t-taħriġ tekniku huwa iktar baxx minn dak maskili.  Filfatt, statistika mill-MATSEC tindika bl-iktar mod ċar li dejjem inqas tfajliet qegħdin jagħżlu il-Computing bħala suġġett fis-sekondarja.  Fl-2012, kien hemm 64% tas-subien li rreġistraw għall-O level tal-computing, filwaqt li 35% tal-bniet li rreġistraw għal dan l-ezami. Dan l-iżbilanċ qed iħalli impatt qawwi mhux biss fl-istudju ta' suġġetti tal-computing, imma qed iħalli konsegwenzi anki fid-dinja tax-xogħol fejn l-ammont ta' nisa’ f’karrieri fix-xjenza, teknoloġija u oqsma oħra relatati huwa wieħed baxx.

Apparti dan meta is-sena l-oħra saret kompetizzjoni tal-programming bl-isem ta' ‘Scratch’ kien hemm ferm aktar subien li pparteċipaw milli bniet, filfatt 74% kienu subien u 26% kienu bniet.  

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku semma kif il-Kummissjoni Ewropea u numru ta' entitajiet Ewropej oħra ukoll qegħdin jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet u inizjattivi immirati għan-nisa, bi skop li jkattru l-ħiliet diġitali tagħhom u jħeġġuhom biex jikkontribwixxu għal xogħol fid-dinja digitali. 

L-Onor. Zammit Lewis żied jgħid li permezz ta’ din il-kompetizzjoni ntlaħaq l-għan ewlieni, dak li jitħajru studenti bniet jesperimentaw bil-programming u jesperenzaw kif dan is-suġġett jista' jkun divertenti, kif ukoll li l-computing mhuwiex biss għas-subien. 

L-Onor. Edward Zammit Lewis awgura lill-partecipanti kollha li ħadu l-inizjattiva u pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni. Stqarr li dan huwa nkorraġanti ħafna u ta’ sodisfazzjon kbir u  tenna kif il-fatt li anki minn età ċkejkna deher interess fis-suġġett tal-computing f’din il-kompetizzjoni, jawgura prospettivi tajbin.

L-impenn ta’ dan il-Gvern hu li nkomplu nsaħħu l-opportunitajiet ta’ tagħlim tax-xjenza u t-teknoloġija għal kullhadd.  L-iżvilupp tas-sistema edukattiva tagħna tfisser li nippreparaw ġenerazzjoni ġdida ta’ imprendituri u individwi li għandhom il-ħiliet neċessarji sabiex jirnexxu fl-ekonomija u s-swieq globali tal-futur. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow