L-ONOR. MICHAEL FALZON JATTENDI L-KUMITAT TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA DWAR L-AFFARIJIET LEGALI U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Nhar it-12 ta' Diċembru 2013, il-Membru Parlamentari Laburista, l-Avukat Michael Falzon, irrappreżenta lil Parlament Malti, f'laqgħa ta' wieħed mill-Kumitati tal-Kunsill tal-Ewropa, li saret f'Pariġi, fi Franza.
F'din il-laqgħa tal-Kumitat li jittratta l-Affarijiet Legali u D-Drittijiet tal-Bniedem, ġew diskussi diversi temi, fosthom it-tema dwar kif tiġi mplimentata d-detenzjoni amministrattiva fid-diversi pajjiżi, b'enfasi partikolari ssir fuq kif din tigi applikata fl-Iżrael.
F'intervent illi għamel fuq dan is-suġġett, l-Avukat Falzon saħaq fuq il-bżonn illi fir-rapport finali jkun hemm differenza ċara bejn detenzjoni amministrattiva illi tiġi użata b'mod volontarju u xjentement għal skopijiet politiċi, minn detenzjoni amministrattiva li pajjiż ikun kostrett illi jagħmel bħala miżura ta' bżonn għas-sigurtà tal-istess pajjiż.
Huwa hawn irrefera għas-sitwazzjoni f'pajjiżna fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari li niffaċċjaw b'mod kostanti u f'numru għoli ħafna, meta mqabbel mad-daqs ta' Malta u l-popolazzjoni tagħha. Huwa kompla jispjega illi din d-detenzjoni amministrattiva mhux biss hawn kunsens politiku dwarha f'pajjiżna, iżda hija wkoll neċessarja.
L-Avukat Michael Falzon huwa membru sħiħ tal-Kumitat illi jitratta l-Affarijiet Legali u d-Drittijiet Tal-Bniedem, fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en