Left arrow Go Back

L-ONOR. MICHAEL FALZON JATTENDI L-KUMITAT TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA DWAR L-AFFARIJIET LEGALI U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

pr2816
Date Icon 15/12/2013

Nhar it-12 ta' Diċembru 2013, il-Membru Parlamentari Laburista, l-Avukat Michael Falzon, irrappreżenta lil Parlament Malti, f'laqgħa ta' wieħed mill-Kumitati tal-Kunsill tal-Ewropa, li saret f'Pariġi, fi Franza.

F'din il-laqgħa tal-Kumitat li jittratta l-Affarijiet Legali u D-Drittijiet tal-Bniedem, ġew diskussi diversi temi, fosthom it-tema dwar kif tiġi mplimentata d-detenzjoni amministrattiva fid-diversi pajjiżi, b'enfasi partikolari ssir fuq kif din tigi applikata fl-Iżrael.

F'intervent illi għamel fuq dan is-suġġett, l-Avukat Falzon saħaq fuq il-bżonn illi fir-rapport finali jkun hemm differenza ċara bejn detenzjoni amministrattiva illi tiġi użata b'mod volontarju u xjentement għal skopijiet politiċi, minn detenzjoni amministrattiva li pajjiż ikun kostrett illi jagħmel bħala miżura ta' bżonn għas-sigurtà tal-istess pajjiż.

Huwa hawn irrefera għas-sitwazzjoni f'pajjiżna fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari li niffaċċjaw b'mod kostanti u f'numru għoli ħafna, meta mqabbel mad-daqs ta' Malta u l-popolazzjoni tagħha.  Huwa kompla jispjega illi din d-detenzjoni amministrattiva mhux biss hawn kunsens politiku dwarha f'pajjiżna, iżda hija wkoll neċessarja.

L-Avukat Michael Falzon huwa membru sħiħ tal-Kumitat illi jitratta l-Affarijiet Legali u d-Drittijiet Tal-Bniedem, fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow