Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE W VELLA JIFFIRMA FTEHIM MAL-KOSOVO

pr2806
Date Icon 13/12/2013

Il-Ministru tal-affarijiet barrranin Dr George W Vella iffirma Memorandum of Understanding mal-Ministru tal-affarijiet barranin tal-Kosovo Enver Hoxhaj. 

Dan il-ftehim jipprovdi kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, f’setturi li jipprovdu benefiċċju ekonomiku kemm għal Malta u anki għall-Kosovo.  Qabel ma ġie iffirmat il-ftehim, il-Ministru tal-Kosovo Enver Hoxhaj qal li Malta huwa pajjiż eżemplari li minkejja ċ-ċokon qed jagħmel avvanzi kbar. 

Il-Ministru tal-Kosovo qal ukoll li minn mindu pajjiżu kiseb l-indipendenza fis-sena 2008, il-pajjiż qed jagħmel ħafna investiment u anki qed jattira investiment barrani, u li l-aħħar statistika turi kif it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżu kien dak ta’ 5% tal-GDP.  Il-Ministru Vella qal li l-Gvern Malti huwa lest li jagħti kull appoġġ lill-Kosovo biex jissaħħaħ, anki b’possibilita’ li jitħarrġu diplomatiċi mill-Kosovo hawn Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow