STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Mafkar f’ġieħ Malta Repubblika
F’Jannar li ġej il-Gvern se jkun qed jerġa’ jdur fuq l-artisti Maltin biex f’Diċembru tas-sena d-dieħla jsir mafkar kif jixraq biex ifakkar it-twaqqif ta’ Malta Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974. Din id-darba s-sejħa mhux se tkun biss għal mafkar imma anki għal ideat dwar fejn għandu jitqiegħed dan il-mafkar.
Dan il-mafkar se jkun qed jiġi inawgurat bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-40 sena minn meta l-Parlament Malti waqqaf ir-Repubblika ta’ Malta b’maġġoranza storika miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dawn l-attivitajiet ikunu qed jagħlqu sena sħiħa ta’ attivitajiet li jfakkru anniversarji differenti tal-Ħelsien, tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, tal-kisba tal-Indipendenza u t-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta.
Matul is-sena d-dieħla wkoll se jkunu qed jiġu magħmula tliet monumenti oħra din id-darba għal tliet personaġġi li mmarkaw l-istorja riċenti ta’ pajjiżna: il-Profs Guido De Marco, il-Perit Dom Mintoff u t-Tabib Ċensu Tabone. Fil-każ ta’ dawn it-tliet monumenti, l-għażla fejn dawn kellhom jitqiegħdu ħarġet mas-sejħa għall-abbozzi. Fil-każ tal-mafkar tar-Repubblika barra li l-Gvern se jkun qed jistieden abbozzi se jkun ukoll qed jistieden ideat dwar fejn dan il-mafkar għandu jitqiegħed.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en