L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-KOSOVO
Aktar kmieni wara nofsinhar, l-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-Eċċelenza Tiegħu Enver Hoxhaj.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo immedjatament wassal il-messaġġ tal-Ispeaker tal-Assemblea tal-Kosovo, fejn stieden lill-Ispeaker Malti jagħmel żjara uffiċjali u jinżammu taħdidiet bejn iż-żewġt parlamenti rispettivi, liema stedina ġiet milqugħa mill-Ispeaker Malti.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin wassal ukoll ir-ringrazzjamenti tiegħu għas-support li dejjem wera pajjiżna matul is-snin li għaddew. Huwa qal li l-Kosovo llum għamlet kambjament enormi partikolarment fir-rigward tar-relazzjonijiet mas-Serbja fejn saħansitra l-Gvern għandu membri, fosthom il-Viċi Prim Ministru li huwa Serb.
L-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia, faħħar il-mixja progressiva fil-Kosovo u tenna li pajjiżna jinsab, kif dejjem kien, ta’ sostenn partikolarment fil-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-Visa, kif ukoll jinsab sodisfatt bil-progress li qed iseħħ permess tal-EULEX fl-interess tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun. L-Ispeaker innotta wkoll bi pjaċir in-numru ta’ diversi agreements li ġew konklużi bejn Kosovo u s-Serbia matul din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en