Left arrow Mur Lura

STUDENTI GĦAWDXIN JATTENDU GĦAL ĊERIMONJA SIMBOLIKA B’RABTA MA JUM IR-REPUBBLIKA, FIL-PARLAMENT TA’ MALTA

pr2795
Date Icon 12/12/2013

Wara li l-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia laqgħa t-talba mill-President  tal-kumitat ċelebrazzjonijiet nazzjonali u regjonali, Monsinjur Joe Vella Gauci, dalgħodu nżammet iċ-ċerimonja simbolika b’rabta ma’ Jum ir-Repubblika.

Wara diskors tal-ftuħ mill-President tal-kumitat, Monsinjur Joe Vella Gauci, lil numru sabiħ ta’ studenti mill-gżira t’Għawdex, ġew ippreżentati arma tar-Repubblika ta’ Malta magħmula mid-deheb abjad lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor. Simon Busuttil kif ukoll lill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia. 

Wara l-preżentazzjonijiet saru diskorsi mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-President tal-Kamra tad-Deputati, b’rabta ma’ Jum ir-Repubblika. 

L-Ispeaker feraħ lill-istudenti Għawdxin preżenti li ħadu post il-Membri Parlamentari hekk kif kienet l-ewwel okkażjoni li dan il-Parlament kien mimli b’studenti mill-gżira t’Għawdex. L-Ispeaker wiegħed li kien ser jilbes l-arma tar-Repubblika ta’ Malta li kien għadu kif ġie ppreżentat, f’kull okkażjoni partikolarment meta jkun fuq xogħol parlamentari barra mill-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow