Left arrow Go Back

LAQGĦA IMPORTANTI TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT TAL-UNJONI EWROPEA NHAR JUM IR-REPUBBLIKA FI BRUSSELL

pr2790
Date Icon 12/12/2013

Nhar Jum ir-Repubblika l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ser jattendi għal laqgħa importanti tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Waqt din il-laqgħa ser jiġi diskuss t-tfassil ta’ strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli lil hinn mis-sena 2015, bħala tkomplija għall-Konferenza Rio +20.

Ser jiġu diskussa l-programm ta’ ħidma għall-Presidenza Griega tal-Unjoni Ewropea li tibda f’Jannar li ġej.

Mistennija wkoll analiżi mill-Ministri, tas-Summit riċenti li sar f’Varsavja l-Polonja dwar it-tibdil fil-klima.

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent ser tiġi diskussa wkoll proposta għall-moniteraġġ, rappurtaġġ u verifika ta’ emissjonijiet mit-trasport marittimu. Kif ukoll proposta għal direttiva ġdida dwar l-ippakkeġġjar tal-iskart biex jitnaqqas l-użu ta’ basktijiet tal-plastik ħfief. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow