Left arrow Go Back

AKTAR ĦIDMA BIEX JIĠI IMPLIMENTAT L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

pr2787
Date Icon 11/12/2013

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat illum kellu laqgħa ma’ rappreżentanti mill-Ministeri kollha li ngħataw l-inkarigu li jservu bħala persuni ta’ referenza għall-qasam tal-iżvilupp sostenibbli fil-Ministeri tagħhom.

Skont l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tas-sena 2012 dawn għandhom jassistu lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeri, b’dawn tal-aħħar inkarigati mill-istess liġi biex jagħmluha ta’ koordinaturi ta’ dan il-qasam.

Il-laqgħa ta’ dalgħodu saret hekk kif il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima qed ikompli l-ħidma tiegħu biex jimplimenta l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.

Aktar kmieni din is-sena l-Ministru Leo Brincat iltaqa’ wkoll mas-Segretarji Permanenti ta’ kull Ministeru.

L-għan prinċipali tal-laqgħa ta’ llum kienet biex jissaħħaħ aktar il-proċess ta’ kollaborazzjoni mal-Ministeri kollha biex b’dan il-mod jiġi assigurat li l-pjani u l-policies maħruġa minn kull Ministeru jsiru f’kuntest ta’ żvilupp sostenibbli.

Kif diġà ġie imħabbar fil-Budget 2014, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima mistenni jirrevedi l-istrateġija eżistenti dwar l-iżvilupp sostenibbli.

B’hekk il-Ministeru jkun qed ikompli jimplimenta l-funzjonijiet tiegħu bħala Awtorità Kompetenti f’dan il-qasam skont l-istess Att.

Fl-intervent tiegħu l-Ministru Brincat radd ħajr lir-rappreżentanti tal-Ministeri għall-impenn u r-rwol pro-attiv li urew tul il-laqgħa u li huwa fisser bħala awgurju tajjeb għall-ġejjieni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow