L-AWDITUR ĠENERALI JIPPREŻENTA KOPJA TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-AWDITJAR TAL-KONTIJIET PUBBLIĊI LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
Illum, l-Awditur Ġenerali, Anthony C. Mifsud, ippreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anġlu Farrugia, ir-Rapport Annwali tal-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi gћas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Dicembru 2012. Dan ir-Rapport estensiv jikkonsisti f’23 rapport fuq l-operat ta’ diversi Dipartimenti u entitajiet Governattivi, u jinkludi wkoll analiżi tar-Rapport Finanzjarju 2012. Ir-Rapport, li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker waqt is-Seduta Parlamentari tal-lejla, jinkludi wkoll rapport dettaljat dwar l-awditjar tal-Kunsilli Lokali kollha, kif ukoll dawk Reġjonali, f’Malta u Għawdex.
L-Onorevoli Speaker esprima l-apprezzament tiegħu għax-xogħol utli li jsir kull sena mill-istaff tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) li jilħaq il-qofol tiegħu bil-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Rapport annwali. Huwa faħħar il-professjonalità u l-oġġettività konsistentament murija mill-istaff ta’dan l-Uffiċċju bil-għan li jiġi assigurat li r-riżorsi pubbliċi dejjem jintużaw bl-aħjar mod possibbli u skont ir-regolamenti u liġijiet finanzjarji eżistenti.
Preżenti kien hemm ukoll l-Iskrivan tal-Kamra, Ray Scicluna, kif ukoll id-Deputat Awditur Ġenerali, Charles Deguara.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en