Left arrow Mur Lura

DALGĦODU L-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX ANTON REFALO FLIMKIEN MAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JOSE’ HERRERA ĦABBRU D-DETTALJI TA' BETLEHEM F'GĦAJNSIELEM 2013

pr2778
Date Icon 10/12/2013

Il-Ministru għal Għawdex qal li din l-inizjattiva ser terġa’ ssir realtà wara li s-sena l-oħra ma saritx. Qal li s-sena l-oħra l-kummerċ kellu jbati mill-fatt li Betlehem f'Għajnsielem ma sarx. Huwa radd ħajr lill-mezzi tax-xandir li  huma parti essenzjali  biex jattiraw aktar turisti lejn Għawdex. Semma kif iċ-ċifri tal-NSO qed jikkonfmaw li ħafna aktar Maltin qed jagħżlu lil Għawdex bħala l-post favorit tagħhom għall-vaganza. Semma kif it-Trip Advisor qies lil Għawdex bħala s-sitt gżira sabiħa li wieħed għandu jżur u wera l-impenn tiegħu biex ir-rating ta’ din il-gżira jkompli jitjieb. Refalo qal li l-mira tiegħu hija li Għawdex jagħmlu aktar inizjattivi  u biex jinstabu aktar niċeċ bħal dawk reliġjużi u kulturali biex nirriklamaw lil Għawdex. B'hekk it-turiżmu f'Għawdex kemm dak lokali u dak internazzjonali jkompli jiżdied.

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li kien ta' pjaċir tiegħu li jgħin f'dan il-proġett. Huwa qal li Betlehem f'Għajnsielem huwa turija tas-suċċess li ġabu lejn pajjiżna l-kunsilli lokali fl-aħħar 20 sena. Huwa qal li-kunsilli lokali huma sieħba essenzjali għat-tixrid tal-kultura f'pajjiżna. Qal li l-kultura saret prijorità għall-Kunsilli Lokali. Huwa qal li l-kultura qed tixpruna t-turiżmu u l-ekonomija fil-lokal. Semma kif il-Kunsilli Lokali qed jixprunaw l-identità lokali.

Il-Konferenza tal-aħbarijiet  kienet indirizzata mill-President tal-GTA Paul Scicluna, is-Sindku t'Għajnsielem Frances Cauchi, l-Arċipriet u l-persuna inkarigata mill-organizzazzjoni Franco Ciangura.

Is-Sindku t'Għajnsielem radd ħajr lill-Ministri t'Għawdex u s-Segretarju Parlamentari għas-sostenn li taw biex din l-attività titella'. Qal li l-Kunsill Lokali t'Għajnsielem qed jirċievi talbiet minn barra biex meta jkunu f'pajjiżna jżuru dan il-presepju ħaj. B'kollox ix-xogħol fuq dan il-presepju ilu għaddej tliet xhur.

Siti fuq l-internet bħal EssentialTravel.co.uk jqisu lil dan il-presepju bħala wieħed mill-isbaħ għaxar siti li wieħed għandu jżur fil-Milied. Fil-fatt skont dan is-sit, Betlehem f'Għajnsielem huwa t-tieni l-isbaħ post li wieħed għandu jżur.

L-Arċipriet qal li matul il-jiem li se jkun miftuħ, il-Paroċċa ser torganizza quddiesa regolari.

Il-President tal-GTA qal li dan il-proġett ser ikompli jiġġenera aktar xogħol għall-industrija turistika f'Għawdex. Huwa qal li wara l-Gozo Free Travel Weekend, l-attività ta' bejn l-14 ta' Diċembru u l-5 ta' Jannar ser tkun opportunità tajba biex aktar nies jżuru lil din il-gżira fi żmien fejn l-industrija turistika tkun għaddejja minn żminijiet diffiċli.

Franco Ciangura qal li dan il-presepju qed jinbena fuq medda ta' kważi 25 tommna t'art. Huwa qal li din l-esperjenza hija waħda unika għaliex kull min jattendi jista jifhem u jħoss l-esperjenzi tal-passat. Qal li dawk li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu jagħmlu dan billi jilbsu l-ilbies tradizzjonali tal-passat. Huwa qal li hemm ħafna attrazzjonijiet hands on. Ciangura, f'isem il-kumitat organizzativ, qal li b'kollox jieħdu sehem mal-150 attur u ħafna atturi.

Joe Mifsud li mexxa l-konferenza tal-aħbarijiet qal li mal-1,180 tifel u tifla minn madwar Malta u Għawdex diġà kkonfermaw li se jmorru jżuru lil Betlehem f'Għajnsielem. Huwa qal ukoll li l-Belt ta' Tolfa ser jibagħtu mas-36 persuna biex iżuru dan il-post.

Betlehem f'Għajnsielem ser jiftaħ nhar is-sibt mill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-16:15.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow