L-ISPEAKER L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA FI ŻJARA UFFIĊJALI F’MODICA
pr2776
10/12/2013
L-Ispeaker l-Onor. Anġlu Farrugia, nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, kien uffiċjalment mistieden mis-Sindku ta’ Modica, Provinċja ta’ Ragusa, Ignazio Abbate.
L-Onor. Farrugia kellu laqgħat kemm mas-Sindku kif ukoll mal-awtoritajiet inklużi ta’ Ragusa, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet tal-istituzzjonijiet demokratiċi bejn din iż-żona partikolari ta’ Sqallija u l-Parlament Malti, u dan in vista tar-rabta kulturali u l-iżvillup soċjo-ekonomiku bejn l-istess.
L-Ispeaker, għamel diskors waqt kollokju li nżamm f’Casa Grimaldi f’Modica, fejn tenna l-importanza tad-djalogu bejn il-popli u aktar dwar inċidenti interessanti storiċi li ħallew effett pożittiv bejn Malta u Sqallija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en