IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-AĦĦAR TISLIMA LIL MANDELA
pr2775
09/12/2013
Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat mar l-Afrika t’Isfel sabiex jingħaqad ma’ Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern minn madwar id-dinja f’servizz ta’ tifkira lil Nelson Mandela.
Mandela miet nhar il-Ħamis li għadda fl-għomor ta’ 95 sena.
Is-servizz ta’ tifkira, li se jsir nhar it-Tlieta fl-istadium FNB f’Johannesburg, se jigi indirizzat mill-President tal-Afrika t’Isfel kif ukoll minn Kapijiet ta’ Stat minn diversi pajjiżi.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien sejjaħ lil Nelson Mandela bħala l-bniedem li biddel l-istorja tad-dinja u flok it-tpattija, b’sens paċifista, għażel ir-rikonċiljazzjoni bejn il-bojod u s-suwed.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en