Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2773
Date Icon 09/12/2013

Ġejjin mumenti eċitanti ħafna għall-PBS bi bdil fl-infrastruttura u policies ġodda

Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal li l-istazzjon nazzjonali għandu l-obbligu li jkun indipendenti u jxandar għal kulħadd. Hekk jitlob ir-rispett lejn l-intelliġenza tal-Maltin u l-Għawdxin, kif imwiegħed qabel l-elezzjoni.

Il-Ministru Manuel Mallia qal dan waqt żjara li għamel fil-PBS Creativity Hub li mmarkat il-bidu għal ġimgħa li se twassal għall-PBS Open Day fit-13 ta’ Diċembru li ġej. F’din il-ġurnata l-pubbliku se jkollu l-opportunità jżur il-bini tal-PBS, filwaqt li jiltaqa’ mal-ħaddiema.

Dr Mallia qal li ġejjin mumenti eċitanti ħafna għall-PBS, bdil fl-infrastruttura, bdil fil-policies tal-PBS,   filwaqt li daqt jibdew il-preparamenti biex jiġi organizzat f’pajjiżna il-Junior Eurovision Song Contest wara li permezz ta’ deċiżjoni li ttieħdet mill-PBS stess, Gaia Cauchi għamlet ġieħ lil pajjiżna. Il-Ministru qal li l-ħaddiema li juru sforz u impenn għandhom jiġu rispettati u apprezzati. Dr. Mallia qal li l-bieb tal-Ministeru huwa dejjem miftuħ għall-ħaddiema kollha biex min iħoss li ma saritx ġustizzja miegħu, isib lil min jisimgħu u fejn għandu raġun, jingħata raġun.

“F’dawn l-aħħar tmien xhur kien hemm ħafna avvanzi iżda għadna ma wasalnix,” żied il-Ministru Mallia. Il-poplu qed jinduna b’dawn l-avvanzi tant li TVM kompla jsaħħaħ il-popolarità tiegħu bħala l-iktar stazzjon segwit f’Malta, speċjalment biż-żieda fl-udjenzi rreġistrata fl-aħbarijiet tat-tmienja, liema udjenzi żdiedu b’ħamsin fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu is-sena li għaddiet.

Dr Mallia qal li stazzjon nazzjonali b’differenza minn stazzjon tal-istat irid jipprovdi servizz għall-pubbliku kollu billi jkun vejjikolu ta’ informazzjoni, edukazzjoni, kultura u entertainment. L-obbligu ta’ stazzjon nazzjonali b’differenza minn stazzjon tal-istat huwa li jinforma u mhux li jitma l-informazzjoni.

Akkwist ieħor li għamel il-PBS, sostna Dr. Mallia,  kien il- logħob tat-Tazza tad-Dinja li se jkun qed jintwera b’xejn lill-pubbliku Malti, mhux biss għas-sena 2014, iżda wkoll għas-snin 2018 u 2022. Dan huwa avvanz iehor biex il-pubbliku Malti u Għawdxi jidentifika ruħu mal-istazzjon nazzjonali.

Waqt din iż-żjara l-Ministru Mallia kien ippreżentat miċ-Charmain ta-PBS Tonio Portughese flimkien mal-kumplament tat-tmexxija tal-PBS,  bil-proposti li għaddew il-European Broadcasting Union wara ftehim li ntlaħaq f’laqgħa li l-Ministru Manuel Mallia kellu mad-direttur ġenerali tal-EBU Ingrid Deltenre, f’Malmo f’Mejju li għadda.

Iċ-Chairman tal-PBS ħabbar li mil-lum id-dipartimenti kollha tal-PBS se jkunu qed joperaw mill-PBS Creativity Hub, hekk kif Radju Malta issa beda jxandar ukoll mill-Creativity Hub. Waqt iż-żjara iċ-Chairman preżenta wkoll il-pjanijiet ta’ investiment ġdid li mistenni jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura tal-PBS. F’Malex Housemistenni jinbena  l-akbar studio televiżiv f’pajjiżna, filwaqt li se ssir refurbishment ta’ Television House.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow