ATTIVITAJIET F’MALTA U GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA - 13 TA’ DIĊEMRBU, 2013
Attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-Uffiċċju tal-President
Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru, 2013
| 0900hrs | Tqegħid ta’ kuruna miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali, is-Sinjura Joyce Guillaumier, fuq il-monument tas-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta’ Malta, f’Ħaż-Żabbar. |
| 0915hrs | Tqegħid ta’ kuruna fuq il-qabar tal-Professur Guido de Marco, ex-President ta’ Malta, fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola. |
| 0935hrs | Tqegħid ta’ kuruna fuq il-Monument tal-Avukat Anton Buttiġieġ, ex-President ta’ Malta, fil-Blata l-Bajda. |
| 1000hrs | Tqegħid ta’ kuruna fuq il-Monument ta’ Sir Anthony Mamo, ex-President ta’ Malta, f’Birkirkara. |
| 1100hrs | Ċerimonja ta’ preżentazzjoni ta’ badges tad-deheb bl-arma tar-Repubblika lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali t’Għawdex. |
Iċ-ċerimonja ser issir fil-Kamra tad-Deputati fil-Palazz, il-Belt Valletta.
1330hrs Tqegħid ta’ kuruna fuq il-qabar tal-ex-President Dr. Ċensu Tabone fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija fix-Xewkija minn Mons. Joe Vella Gauci, President tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali - Għawdex.
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, 2013 - Jum ir-Repubblika
| 0930hrs | Il-Kontinġenti tal-Forzi Armati ta’ Malta, akkumpanjati mill-Banda, jitilqu minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn issir il-Parata. |
| 1000hrs | Ċerimonja tal-Parata mill-Forzi Armati ta’ Malta. |
Jattendu l-President ta’ Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.
| 1100hrs | Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta’ Investitura u tal-Għotja ta’ Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt Valletta. |
| 1700hrs | Programm ta’ marċi mill-Filarmonika Nazionale La Valette tal-Belt Valletta u l-Banda Santa Venera, ta’ Santa Venera tul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann u lura għal Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| 1800hrs | Kunċert kommemorattiv ta’ Jum ir-Repubblika mill-“Classique String Ensemble” fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex. Jippresedi l-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. George Abela. |
NOTA LILL-MIDJA Membri tal-midja assenjati biex nhar Jum ir-Repubblika jirrapportaw il-parata tal-Forzi Armati fi Pjazza San Ġorġ għandhom ikunu f’posthom fil-pjazza mhux aktar tard mid-9.30 ta’ filgħodu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en