Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET F’MALTA U GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA - 13 TA’ DIĊEMRBU, 2013

pr2770
Date Icon 09/12/2013

Attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u  Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-Uffiċċju tal-President

Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru, 2013


0900hrsTqegħid ta’ kuruna miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali, is-Sinjura Joyce Guillaumier,  fuq il-monument tas-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta’ Malta, f’Ħaż-Żabbar.
0915hrsTqegħid ta’ kuruna fuq il-qabar tal-Professur Guido de Marco, ex-President ta’ Malta, fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola.
0935hrsTqegħid ta’ kuruna fuq il-Monument tal-Avukat Anton Buttiġieġ, ex-President ta’ Malta, fil-Blata l-Bajda.
1000hrsTqegħid ta’ kuruna fuq il-Monument  ta’ Sir Anthony Mamo, ex-President ta’ Malta, f’Birkirkara.
1100hrsĊerimonja ta’ preżentazzjoni ta’ badges tad-deheb bl-arma tar-Repubblika lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali t’Għawdex.

Iċ-ċerimonja ser issir fil-Kamra tad-Deputati fil-Palazz, il-Belt Valletta.

1330hrs            Tqegħid ta’ kuruna fuq il-qabar tal-ex-President Dr. Ċensu Tabone fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija fix-Xewkija minn Mons. Joe Vella Gauci, President tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali - Għawdex.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, 2013 - Jum ir-Repubblika

0930hrsIl-Kontinġenti tal-Forzi Armati ta’ Malta, akkumpanjati mill-Banda, jitilqu minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn issir il-Parata.
1000hrsĊerimonja tal-Parata mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Jattendu l-President ta’ Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

1100hrsWara l-Parata ssir Ċerimonja ta’ Investitura u tal-Għotja ta’ Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt Valletta.
1700hrsProgramm ta’ marċi mill-Filarmonika Nazionale La Valette tal-Belt Valletta u l-Banda Santa Venera, ta’ Santa Venera tul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann u lura għal Triq ir-Repubblika, Valletta.
1800hrsKunċert kommemorattiv ta’ Jum ir-Repubblika mill-“Classique String Ensemble”  fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex.  Jippresedi l-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. George Abela.

NOTA LILL-MIDJA

Membri tal-midja assenjati biex nhar Jum ir-Repubblika jirrapportaw il-parata tal-Forzi Armati fi Pjazza San Ġorġ għandhom ikunu f’posthom fil-pjazza mhux aktar tard mid-9.30 ta’ filgħodu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow