MALTA TIKKONTRIBWIXXI GĦALL-FOND SPEĊJALI GĦAD-DISTRUZZJONI TA’ ARMI KIMIĊI SIRJANI
Fis-6 ta’ Diċembru 2013, l-Ambaxxatur Martin Valentino, ir-Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika ta ' Malta għall-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) u l-Ambaxxatur Ahmet Üzümcü, Direttur Ġenerali tal-OPCW, iffirmaw f’The Hague, il-Ftehim ta' Kontribuzzjoni Volontarja għal attivitajiet relatati mal-qerda ta armi kimiċi Sirjani barra mit-territorju tas-Sirja.
Il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta, taħt dan il-Ftehim, qed jikkontribwixxi €15,000 lejn il-Fond Speċjali tal-OPCW, li ser jkun immexxa mill-OPCW biex jappoġġja l-isforzi lejn il-qerda ta’ armamenti kimiċi Sirjani li se jitneħħew mit-territorju tas-Sirja u jinqerdu ġewwa faċilitajiet kummerċjali.
Il-Fond Speċjali ġie stabbilit fid-19 ta’ Novembru, 2013, skont id-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW li giet adottata fil-15 ta’ Novembru, 2013. L-Ambaxxatur Valentino tenna li l-Gvern ta' Malta se jibqa' impenjat li jappoġġa l-isforzi, il-ħidma u l-miżuri li qegħdin jittieħdu mis-Segretarjat Tekniku ta l-OPCW, b'kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-komunità internazzjonali u l-Istati Membri tal-OPCW, rigward il-qerda ta’ armi ripunjanti bħal dawn u jħeġġeġ li dawn il-kimiċi u prekursuri kollha jinqerdu malli jkun possibbli fi ħdan l-iskedi stabbiliti. Id-Direttur Ġenerali tal-OPCW apprezza u rringrazzja lill-Gvern Malti ta’ din il-kontribuzzjoni u l-appoġġ li dejjem wera lil-OPCW.
L-OPCW ġiet mogħtija l-Premju Nobel għall-Paċi għall-2013 għar-rikonoxximent tal-importanza tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u l-kontribuzzjoni u l-isforzi mill-OPCW bħala organizzazzjoni internazzjonali favur il-paċi u s-sigurtà globali u lejn l-eliminazzjoni tal-armi kimiċi
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en