L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA TAL-UKRAJNA
pr2747
06/12/2013
Waqt li kien qed jiltaqa’ mal-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia dalgħodu, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ukrajna, l-Eċċellenza Tiegħu Yevhen Perelygin, tenna li pajjiżu għadu bil-ħsieb li jonora l-ftehim milħuq mal-Unjoni Ewropea għal skambji kummerċjali ħielsa. Sadattant, filwaqt li l-awtoritajiet ġewwa l-Ukrajna jaċċettaw id-dritt li l-poplu jipprotesta fuq kwalunkwe tema li ma togħġbux, dan għandu jsir b’mod paċifiku u mingħajr ma jweġġgħu n-nies u lanqas issir ħsara.
Fil-laqgħa mal-iSpeaker, intweriet ix-xewqa li l-iskambji parlamentari bejn iż-żewġ naħat joktru, u li jinbeda l-proċess għat-twaqqif ta’ Grupp Konġunt ta’ Ħbiberija Interparlamentari bejn Malta u l-Ukrajna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en