Left arrow Go Back

L-AMBAXXATUR TAL-KOREA T’ISFEL JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

pr2746
Date Icon 06/12/2013

L-Ambaxxatur Bae Jae-Hyun tal-Korea t’Isfel, li ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta l-bieraħ, dalgħodu għamel żjara ta’ kortesija għand l-iSpeaker Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia.

Tul il-laqgħa, l-iSpeaker semma’ li l-Korea t’Isfel għandha tkun konxja mill-fatt li Malta, minkejja li tinsab daqstant mili ‘l bogħod mill-pajjiż Asjatiku, xorta tinteressa ruħha u lesta li tibqa’ tagħti kwalunkwe kontribut meħtieġ ħalli ż-żewġ Korei jingħaqdu flimkien.  L-Onorevoli Farrugia għamel referenza għal-laqgħa li huwa pparteċipa fiha flimkien ma’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra ġewwa Varsavja, fejn kien hemm qbil unanimu li d-dinja, u speċjalment l-Ewropa, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jgħinu liż-żewġ Korei jersqu fi djalogu ħaj lejn xulxin.

L-iSpeaker Farrugia, fi tmiem il-laqgħa, wera x-xewqa li l-Grupp Konġunt ta’ Ħbiberija Interparlamentari bejn Malta u l-Korea t’Isfel jiġi riattivat, liema proposta ntlaqgħet mill-Ambaxxatur li minn naħa tiegħu, tenna li l-Parlament ta’ pajjiżu żgur ikun lest li jiffaċilita skambji interparlamentari għall-benefiċċju taż-żewġ parlamenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow