DR LOUIS GALEA, RAPPREŻENTANT TA’ MALTA FIL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA, SPEAKER TAL-PARLAMENT MALTI
pr2745
06/12/2013
Ir-rappreżentant ta’ pajjiżna fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-avukat Louis Galea, dalgħodu għamel żjara ta’ kortesija lill-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia fl-uffiċċju tiegħu fil-Palazz il-Belt.
L-Ispeaker irringrazzja lil Dr Galea tal-parteċipazzjoni tiegħu f’seminar li ġie miżmum bejn l-Uffiċċju tal-Awditur Generali u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri li sar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa.
Matul id-diskussjoni, kemm l-iSpeaker kif ukoll Dr Louis Galea qabblu dwar l-importanza tat-trattat ta’ Lisbona li sarraf fit-tisħiħ tal-irwol tal-Parlamenti Nazzjonali, u dwar l-importanza li l-Ewropa tkompli jkollha aktar modilatajiet ta’ tisħiħ fit-tħaddim tal-Parlamenti Nazzjonali fil-qafas tal-Istituzzjonijiet Ewropej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en