Stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa
pr2744
06/12/2013
Instabet soluzzjoni dwar il-Pharmacy Technicians
Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab sodisfatt li dak li ssuġġerixxa, li s-soluzzjonijiet jinstabu madwar il-mejda, ta r-riżultat mixtieq.
Il-Ministeru jgħarraf li wara li l-bieraħ saret laqgħa bejn l-uffiċjali tal-UHM u uffiċjali tal-gvern, instabet soluzzjoni dwar il-Pharmacy Technicians.
B’riżultat ta’ dan, id-direttivi li kien hemm fis-seħħ, ġew irtirati mill-bieraħ filgħaxija stess.
Il-Ministeru għas-Saħħa qed jinforma lill-pubbliku li s-servizz tal-Ispiżeriji kollha tal-gvern inkluż il-POYC (L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek) ġie lura għan-normal b’effett immedjat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en