IL-GVERN MALTI JINSAB FI STADJU AVVANZAT BIEX JOĦROĠ BIL-PJAN U STRATEĠIJA FINALI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART GĦAS-SNIN 2013 -2020
F’Istanbul it-Turkija l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat mexxa delegazzjoni Maltija waqt konferenza Ministerjali tal-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda – 18th Ordinary Meeting of the Contracting Parties of the Convention for the Protection of the Marine Environment and the Coastal Region of the Mediterranean and its Protocols, COP 18.
Waqt li kien qiegħed jindirizza s-sessjoni plenarja l-Ministru Leo Brincat fost l-oħrajn tkellem dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart bħala komponent importanti għall-ħarsien tal-ambjent.
Huwa spjega kif il-Gvern Malti jinsab fi stadju avvanzat biex joħroġ bil-pjan u strateġija finali għall-immaniġġjar tal-iskart għas-snin 2013 – 2020. Dan wara li sar proċess intensiv ta’ konsultazzjoni.
“Il-pjan huwa immirat li jigwida lill-pajjiżna lejn tnaqqis fl-iskart iġġenerat, nilħqu miri speċifiċi fir-riċiklaġġ u nnaqsu d-dipendenza tagħna minn fuq il-land fills”, qal il-Ministru Brincat.
Il-Ministru Leo Brincat qal ukoll li Malta hija kommessa li tkompli bit-tisħiħ ta’ żvilupp sostenibbli fir-reġjun tal-Mediterran skont dak miftiehem waqt ir-Rio + 20. Dan l-ispirtu għandu jigwida l-Presidenza tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Kummissjoni tal-Mediterran fuq l-Iżvilupp Sostenibbli.
Qal li l-Gvern Malti jemmen li għandu jkun hemm sforz biex jiġu implimentati l-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Pjan t’Azzjoni tal-Mediterran bl-iskop li nħarsu l-baħar tal-Mediterran.
Il-Ministru Leo Brincat kellu wkoll laqgħat bilaterali mal-Ministru tal-Ambjent tat-Turkija Erdoğan Bayraktar u mal-Ministru tal-Ambjent ta’ Iżrael Amir Peretz fejn iddiskutew koperazzjoni fil-qasam ambjentali u l-bżonn ta’ ħidma aktar konkreta u ffukata. Huwa kellu wkoll laqgħat mal-Ministri tal-Ambjent tal-Kroazja, Ċipru, Albanija u Libja.
pr2742a.pdf
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en