SERVIZZI FIL-QALBA TAL-KOMUNITÀ
Waqt workshop organizzat mill-Fakultà tal-Politika Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta bit-tema Community Care Policy Development, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li t-triq ‘il quddiem fil-qasam soċjali hija l-għoti ta’ aktar servizzi fil-qalba tal-komunità.
Saħqet li l-iżvilupp ta’ networks fil-komunitajiet tagħna huwa kruċjali jekk irridu li l-anzjani u persuni b’diżabilità jibqgħu jgħixu f’integrazzjoni sħiħa fil-komunità.
‘Għalhekk li dan il-Gvern qed jaħdem fuq it-twaqqif ta’ Ċentri ta’ Riżorsi għall-Familja’, qalet l-Onor. Coleiro Preca, ‘bil-għan li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli fil-komunitajiet’.
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qalet li dawn iċ-Ċentri jkunu qed joffru interventi fil-ħin li dawk li jiġu bżonnhom.
Dwar l-informal carers l-Onor. Coleiro Preca qalet li rridu nagħuhom iktar responsabilitajiet għaliex anke dawn il-carers jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà tagħna.
Dan il-workshop ġie indirizzat ukoll mill-esperta internazzjonali Prof. Sue Yeandle mill-Università ta’ Leeds.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en