Left arrow Mur Lura

IL-VUĊI TAT-TFAL HIJA ĊENTRALI FIL-POLITIKA TAL-GVERN

pr2729
Date Icon 04/12/2013

It-tfal m’humiex il-ġenerazzjoni t’għada biss iżda l-ġenerazzjoni ta’ llum ukoll. Huma protagonisti fis-soċjeta Maltija għaliex dak li jaħsbu u dak li jemmnu se jkun inkluż fl-għażliet li jsiru u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Dan kien il-messaġġ li twassal waqt attivita li matulha l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ippreżentat b’dokument li jigbor fih il-fehmiet ta’ madwar 280 tifel u tifla li kellhom l-opportunita jgħidu x’valuri għandu jkollu jew ikollha l-Kummissarju l-ġdid tat-tfal. Ħafna minn dawn it-tfal wasslu l-esperjenzi personali tagħhom u oħrajn semmgħu l-vuċi ta’ tfal oħra li ma setgħux jieħdu sehem fosthom dawk li jinsabu fl-isptarijiet.

Fil-preżenza tal-280 tifel u tifla, Dr Muscat qal li dan kien proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni bbażat fuq it-twemmin li t-tfal jafu jagħmlu l-għażliet tagħhom. “Stajna baxxejna rasna u qbadna u għażilna persuna fil-kariga ta’ Kummissarju tat-Tfal. Iżda le, ridna nisimgħu t-tfal x’tip ta’ persuna jridu li tkopri dan ir-rwol”, qal il-Prim Ministru. Din mhux se tkun għażla faċli iżda l-Gvern se jassigura li l-persuna magħżula jkollha l-kwalitajiet ewlenin li semmew it-tfal.

Minn naħa tagħha, l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali Marie Louise Coleiro Preca qalet li din kienet okkażjoni storika fejn il-Prim Ministru qasam il-prerogattiva tiegħu mat-tfal. Din l-esperjenza uriet kemm it-tfal huma fiċ-ċentru tal-politika ta’ dan il-Gvern u għalhekk il-proċess ta’ konsultazzjoni mat-tfal se jibqa’ għaddej fuq għażliet oħra li jridu jsiru. B’hekk, id-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu jirriflettu l-aspirazzjonijiet tat-tfal. Għaliex Malta hija pajjiż tat-tfal daqs kemm hija pajjiż tal-adulti.

L-attivita saret fis-Sala tal-Ambaxxaturi f’Kastilja, fejn tradizzjonalment il-Prim Ministru jilqa’ l-ambaxxaturi ta’ pajjiżi oħra. Illum din is-sala laqqgħet l-ambaxxaturi ċkejknin ta’ pajjiżna li wasslu mhux biss leħinhom iżda wkoll leħen sħabhom.

Fost it-tfal preżenti kien hemm Gaia Cauchi li ftit tal-jiem ilu rebħet il-Junior Eurovision f’isem pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow