Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr2728
Date Icon 04/12/2013

Is-Sur William Wait maħtur bħala Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

B’seħħ immedjat, is-Sur William Wait ġie appuntat fil-kariga ta’ Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Intant, fl-aħħar ta’ Frar 2014, is-Sur Wait se jkun qiegħed jassumi wkoll l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-istess Korporazzjoni. 

Is-Sur William Wait kien id-direttur u d-deputat Kap Eżekuttiv ta’ Toly Group, kumpanija internazzjonali ewlenija li timmanifattura l-ippakkeġġjar ta’ prodotti kosmetiċi. Din il-kumpanija internazzjonali topera madwar id-dinja kollha fosthom fir-Renju Unit, Franza, l-Belġju, iċ-Ċina, l-Italja, Hong Kong u l-Istati Uniti fost l-oħrajn.

Fl-2008, is-Sur Wait kien elett fil-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Industrija u fl-2009, kien elett fil-Kunsill tal-Kamra  tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, fejn aktar tard okkupa l-karigi ta’ Viċi President kif ukoll Deputat President tal-istess Kamra tal-Kummerċ. Kien ukoll membru fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.

Is-Sur Wait kien il-moħħ wara diversi proġetti fil-qasam industrijali fejn waqqaf diversi kumpaniji kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow