Left arrow Mur Lura

KONFERMA OĦRA DWAR IŻ-ŻIEDA FL-IMPJIEGI

pr2727
Date Icon 04/12/2013

L-istrateġija tal-Gvern għall-ħolqien tax-xogħol, li hija msejsa fuq ir-rieda li jinħoloq il-ġid u jitqassam b’mod ġust, qed tħalli l-frott tagħha.

L-istatistika tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, dwar il-qagħda tax-xogħol f’Lulju li għadda, tikkonferma li pajjiżna qed jirreġistra żieda fl-impjiegi, kemm dawk full time kif ukoll dawk part time. F’Lulju 2013, kien aktar minn 157,000 persuna b’xogħol full time u iktar minn 58,000 persuna b’xogħol part time. 

Dan ir-riżultat ifisser li mill-bidu ta’ Marzu li għadda kien hemm żieda ta’ 3,346 impjiegi full time u żieda ta’ 3,201 impjiegi part time, jiġifieri żieda ta’ tnejn u għoxrin impjieg full time kuljum u żieda ta’ wieħed u għoxrin impjieg part time kuljum.

L-istatistika tal-ETC tingħaqad ma’ riżultati pożittivi oħra li juru kif fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 3.6% fl-impjiegi, li hija l-ikbar żieda fl-impjiegi mis-sena 2000. Sa llum pajjiżna għandu r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha u l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li din ir-rata se tibqa tonqos.

Dawn ir-riżultati inkoraġġanti ma jfissrux li wasalna. Għalhekk li dan il-Gvern fassal budget għas-sena d-dieħla li jinċentiva l-ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalita. Fosthom b’miżuri li jassiguraw servizz ta’ childcare bla ħlas għal kulħadd u oħrajn li jiffrankaw it-taxxa lin-nisa li joħorġu jaħdmu, il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-inċentivi għal min idaħħal apprentisti, il-youth entrepreneurship scheme u l-inċentivi għal impjiegi ta’ persuni akbar fl-eta. Fuq kollox, il-miżuri għax-xogħol f’Għawdex għal Għawdxin.  

Għal dan il-Gvern is-suq tax-xogħol huwa prioritá.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow