IL-MINISTRU LEO BRINCAT IMEXXI DELEGAZZJONI MALTIJA WAQT KONFERENZA MINISTERJALI TAL-UNEP DWAR IL-MEDITERRAN, F’ISTANBUL
pr2723
04/12/2013
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħalla Malta għal Istanbul fejn ser ikun qiegħed imexxi delegazzjoni Maltija waqt Konferenza Ministerjali tal-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda, l-UNEP.
Environment Friendly Cities hija t-tema ta’ din il-konferenza li qed issir fuq stedina tal-Ministru tal-Ambjent tat-Turkija Erdoğan Bayraktar.
Il-Ministru Leo Brincat mistenni jindirizza s-sessjoni plenarja u ser ikollu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali.
Id-delegazzjoni Maltija li qed takkumpanja lill-Ministru Brincat tinkludi uffiċjali mill-Ministeru tiegħu, mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mill-MEPA.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en