Left arrow Go Back

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

pr2704
Date Icon 02/12/2013

Stimolu ġdid lin-negozju - Dħul mingħajr ħlas wara 2pm kuljum u b’xejn is-Sibtijiet, Ħdud u Festi fil-Belt Valletta

B’seħħ mil-lum, iddaħħlu miżuri ġodda mħabbra fil-Baġit li permezz tagħhom, id-dħul fiż-żona kkontrollata bil-ħlas fil-Belt Valletta se tibda tkun mingħajr ħlas għal dawk il-vetturi li jidħlu wara s-2.00 p.m. bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, kif ukoll mingħajr ħlas għal dawk il-vetturi li jidħlu matul il-ġurnata kollha tas-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi.

Permezz ta’ din ir-reviżjoni, il-Gvern se jkun qed iżomm mal-wegħda elettorali tiegħu, li jagħti stimolu ġdid lin-negozji fil-Belt Valletta billi jagħmilha aktar faċli li persuni jidħlu l-Belt Valletta.

Il-Gvern iddikjara kemm-il darba li kif kienet qiegħda topera, is-sistema tas-CVA ma kinitx vijabbli, kemm għal Transport Malta u kemm għas-sidien tal-ħwienet fil-Belt Valletta.

Sadanittant, il-Gvern, se jkompli jeżamina l-possibilità li flimkien mas-settur privat, jiżviluppa aktar spazji ta’ parkeġġ madwar il-Belt Valletta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow