Left arrow Mur Lura

IT-TWAQQIF TAL-EKOĊENTRI: MINN PROĠETT PILOTA JSIR PROGRAMM NAZZJONALI

pr2701
Date Icon 02/12/2013

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat dalgħodu attenda għat-twaqqif uffiċjali tal-program Ekoċentri, kkordinat mill-għaqda Nature Trust (Malta).

Huwa faħħar il-fatt li minn proġett pilota li għall-bidu kien jiġbor fih żewġ ċentri biss – il-Qrendi Scouts u ż-Żejtun Youth Centre – issa dan ser isir programm nazzjonali. Qal li l-Portugal u l-Olanda jinsabu mixjin fl-istess passi ta’ pajjiżna.

Wara s-suċċess tal-programm Ekoskola nħasset il-ħtieġa mill-promoturi li jestendu ħidma simili f’setturi anqas formali b’livell edukattiv ogħla. Dawn l-Ekoċentri huma intiżi li jinkoraġġixxu sehem akbar, fuq livell kemm ta’ parteċipanti kif ukoll ta’ komunità. B’hekk qal il-Ministru Leo Brincat ikun qed jiġi promoss il-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli u jgħinu biex anke jinbidlu l-attitudnijiet tan-nies fi ħdan il-familji tagħhom stess.

Fl-istess okkażjoni l-Ministru Leo Brincat qassam l-unuri lill-Young Reporters for the Environment, programm immirat speċifikament għal studenti ta’ livell sekondarju u postsekondarju permezz ta’ investigazzjoni dwar issues lokali ambjentali li jinkludi wkoll fotoġurnaliżmu.

Huwa nnota b’sodisfazzjoni li grazzi għall-ħidma ta’ Nature Trust (Malta), l-istudenti rebbieħa ser imorru fuq missjoni fl-Iżvezja u ser jaqsmu l-esperjenzi tagħhhom ma’ rebbieħa oħra minn pajjiżi Ewropej.

Il-Ministru Brincat qassam ukoll unuri lir-rebbieħa tal-LEAF Awards, programm internazzjonali li ġie introdott f’pajjiżna ftit taż-żmien ilu u qed jitmexxa wkoll minn Nature Trust (Malta) bħala rappreżentanta f’pajjiżna tal-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali, l-FEE.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow