MALTA TILFET PILASTRU
pr2698
02/12/2013
“Id-drama f’pajjiżna llum tilfet pilastru. Kien persuna li wiċċu jibqa’ sinonimu ma ħafna proġetti teatrali / awdjo-viżivi. L-Attur u Direttur Lino Grech ser jibqa’ mmarkat f’qalbna.”
Din hija r-reazzjoni tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura José Herrera wara l-aħbar li pajjiżna tilef wieħed mill-ġganti tiegħu fil-qasam tad-drama: Lino Grech. Fi stqarrija José Herrera għadda l-kondoljazzjoni lill-familja Grech għat-telfa tas-Sur Lino Grech li apparti attur u direttur huwa ukoll awtur.
Bil-pinna tiegħu, Grech kiteb uħud mill-aqwa drama f’pajjiżna bħas-serje televiżiva f’Baħar Wieħed.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en