REKORD NAZZJONALI: L-ITWAL ĊIKKULATA
pr2688
30/11/2013
Illum is-Segretarju Parlamentari attenda għall-konferenza tal-aħbarijiet li matulha intlaħaq rekord tal-itwal ċikkulata. Dan ir-rekord intlaħaq minn The Malta Records flimkien mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Il-Fondi miġbura kienu b’risq l-Istrina.
L-istudenti tal-ITS, flimkien mal-għalliem tagħhom is-Sur Andrew Farrugia għamlu l-itwal ċikkulata. Iċ-ċikkulata kienet esebita fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Iċ-ċikkulata kienet twila aktar minn 350 metru, jiġifieri tliet darbiet itwal mit-torri ta’ Portomaso, u b’kollox intużaw madwar 500kg ċikkulata.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en