Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOREVOLI LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA WAQT IS-SEBA’ EDIZZJONI THE ENVIRONMENT AWARD FOR ENTERPRISE ORGANIZZATA MINN THE CLEANER TECHNOLOGY CENTRE.

pr2687
Date Icon 30/11/2013

Din l-premjazzjoni turi li l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku jmorru flimkien fis-settur privat – Il-Ministru Leo Brincat

L-idea li l-ambjent ixekkel it-tkabbir ekonomiku hija idea antikwata daqs min jippretendi li għandna nagħtu prijorita' lit-tkabbir ekonomiku qabel nħarsu l-ambjent. Dawn mhux biss għandhom imorru flimkien imma jistgħu faċilment jagħmlu dan.

Xhieda ta' dan huma r-rebbieħa tal-awards varji li qed jingħataw illejla mill-Cleaner Technology Centre.  Kull rebbieħ huwa xhieda ħajja ta’ kif l-iżvilupp ekonomiku u  dak sostenibbli huma komplimentari mal-ħarsien tal-ambjent.

F'dan il-qasam ħafna drabi huwa propju s-settur privat li jmexxi bl-eżempju.

Jiena kburi li tul l-aħħar snin il-corporate sector Malti sar aktar konxju dwar l-opportunitajiet u l-isfidi pożittivi li l-ħarsien ambjentali joffri speċjalment meta jirrikorru għal-teknoloġija nadifa.

Filwaqt li aħna nemmnu fil-proċess multilaterali ta’ konferenzi dinjija bħas-summit riċenti dwar it-tibdil tal-klima li sar f'Varsavja, billi ħafna drabi jgħaddi żmien mhux ħażin sakemm ċerti wegħdiet jissarrfu f'termini reali, l-industrija innifisha kapaċi taddatta u taddotta ċerti xejriet pożittivi f'ferm iqsar żmien b'ħeffa u dinamiżmu.

Għalhekk għandna dmir doppju li nsostnu u nappoġġjaw sforzi bħal dawn għaliex jinkisbu riżultati pożittivi f'iqsar żmien u permezz ta’ din il-ħidma titnaqqas il-carbon footprint ġewwa pajjiżna, apparti milli jiġi mħares dejjem aħjar l-ambjent innifsu.

Jien nemmen li ċ-ċavetta għal dan is-suċċess hija li llum ħafna kumpaniji privati aktar milli għandhom biss managers tajbin għandhom ġenerazzjoni ta’ diriġenti li għandhom sens qawwi ta’ leadership ukoll.
Mingħajr leadership jibqa’ diffiċli biex wieħed jilħaq għanjiet simili. Iżda l-folja ilha li bdiet iddur u llum qed tinħass li qed tinqaleb b'ritmu aktar mgħaġġel.

Kien hemm żmien meta l-Gvern tal-ġurnata kien mistenni jagħmel dan kollu waħdu. Iżda llum qed naraw li l-industrija nnifisha biddlet il-mentalita' tagħha saħansitra b'ritmu ferm aktar mgħaġġel minn ċerti entitajiet governattivi. 

Din hija bidla fil-kultura u bidla fil-filosifija tagħna lkoll dwar il-ħajja.

Biex is-soċjeta' tkun waħda verament sostenibbli hemm bżonn li l-erba’ pilastri tal-iżvilupp sostenibbli  jingħataw attenzjoni xierqa u bilanċjata - dik ambjentali, dik soċjali, dik ekonomika u anki dik kulturali.

Nemmen li qegħdin fit-triq it-tajba iżda qatt ma għandna nikkuntentaw ruħna b'fejn wasalna. Fil-ġejjieni rridu saħansitra nżidu l-isforzi tagħna u nintensifikaw il-ħidma tagħna, ħalli dawn l-għanjiet jintlaħqu, fil-prattika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow