Left arrow Go Back

MALTA BI RWOL IMPORTANTI BIEX TURI LI L-EWROPA GĦADHA BIL-BIBIEN MIFTUĦA GĦALL-UKRAJNA

pr2681
Date Icon 29/11/2013

Wara li l-Ukrajna b' mod diżappuntanti għamlet pass lura dwar il-ftehim ta' koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea, Malta se jkollha rwol importanti meta se tkun l-ewwel pajjiż li jospita lill-President Ukren Viktor Yanukovych għal żjara uffiċjali. 

Din iż-żjara kienet skedata fiż-żmien meta l-Ukrajna kienet għadha se tiffirma l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea.

Waqt l-Eastern Partnership Summit li sar f'Vilnius, il-Litwanja, Malta fittxet parir mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Kunsill Ewropew u mir-Rappreżentanza Għolja għall-Affarijiet Barranin dwar din iż-żjara.

L-awtoritajiet kollha Ewropej taw messaġġ ċar lil Malta - jixtiequ li pajjiżna jibqa’ għaddej b'din iż-żjara mfissra minnhom bħala strateġika u sinifikanti. L-awtoritajiet Ewropej qalu li l-kontinwazzjoni taż-żjara f'Malta tibgħat sinjal importanti li l-bibien tal-Ewropa għadhom miftuħin għall-Ukrajna iżda li fl-istess waqt l-Ewropa hija diżappuntata bl-eżitu tal-aħħar sigħat.

Waqt is-summit, fil-preżenza tal-President Ukren, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li l-poplu fl-Ukrajna qed jagħti sinjal qawwi ta' direzzjoni lejn l-Ewropa. Din it-triq tista' tiġi ttardjata iżda ma tistax tiġi mwaqqfa.

Huwa appella lill-President Yanukovych biex jifhem li d-diżappunt unanimu tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea jfisser li l-Ewropa jimpurtaha mill-Ukrajna.

Għalhekk, iż-żjara ta' Malta se jkollha mhux biss dimensjoni bilaterali iżda anke Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow