ŻIEDA FIN- NUMRU TA’ PERSUNI LI ŻARU GĦAWDEX FL-EWWEL DISA’ XHUR TA’ DIN IS-SENA
L-aħħar figuri uffiċjali marbuta man- numru ta’ persuni li żaru Għawdex fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena juru b’mod l-iktar ċar l-impenn u l-ħidma li qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tat-Turiżmu fil-gżira Għawdxija.
Filwaqt, fl-ewwel disa’ xhur ta’ 2013, in-numru ta’ nies li żaru lil Għawdex żdied 6.1% meta mqabbel mal-ewwel disa’ xhur tas-sena ta’ qabel; in-numru ta’ ljieli żdied ukoll 9.0% fuq l-istess perjodu.
Ix-xahar ta’ Settembru ra żieda ta’ 13.3% ta’ nies li żaru lil Għawdex, li hi saħansitra ferm iżjed għolja mir-rata li ġiet reġistrata fuq livell nazzjonali. Fil-fatt, f’Malta ġiet reġistrata żieda ta’ 6.4%.
Dawn iż-żidied li ġew reġistrati fl-aħħar xhur ma kinux kumbinazzjoni. Dan kien il-frott ta’ ħidma bla waqfien mill-Ministru għal Għawdex li ħadem flimkien mal-operaturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tat-turiżmu. Kien ukoll il-frott ta’ inizjattivi li ttieħdu sabiex itejbu l-prodott turistiku f’Għawdex bħal ma’ huma attivitajiet kulturali li saru matul ix-xhur tas-sajf f’Marsalforn u x-Xlendi u żoni li jkunu ffrekwantati.
Dawn iċ-ċifri se jgħinu sabiex din l-industrija tant importanti għal Għawdex terġa’ tieħu n-nifs. Dan nemmnu li se jsarraf f’iżjed ħolqien ta’ xogħol f’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en