Left arrow Mur Lura

JITNIEDA PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ FL-ICT B’XEJN GĦALL-IRHULA U L-BLIET TA’ MADWAR IL-PORT IL-KBIR

pr2676
Date Icon 29/11/2013

Illum fi Smart City Malta tnieda programm ta’ taħriġ fl-ICT Learn IT b’xejn għall-irħula u l-bliet ta’ madwar il-Port il-Kbir.  Dan il-proġett huwa private-public partnership bejn il-Gvern (permezz tas-Segretarjat għall-Kultura u l-Gvern Lokali u s-Segretarjat għall-Kompettività u Tkabbir Ekonomiku), il-Kunsilli Lokali u kumpanija tat-taħriġ tal-ICT t-TCTC.  Il-proġett se jkun qed jinvolvi ukoll stakeholders marbutin mal-ICT bħal Smart City Malta. Huwa mistenni li parti mil-lezzjonijiet jieħdu l-forma ta’ workshops fi Smart City Malta.   

L-Onor José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali tkellem fuq kif il-korsijiet qed jiġu sponsorjati miż-żewġ Segretarjati. Dawn il-korsijiet ser jingħataw b’xejn bl-għajnuna tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali.  Saħaq li permezz tal-Kunsilli Lokali, il-Gvern qed jersaq qrib iċ-ċittadin billi jwassal it-tagħlim ta’ għodod moderni u diġitali li huma importanti ħafna fil-ħajja tal-lum.

L-Onor. Herrera qal li din hija wegħda magħmula fil-manifest elettorali u b’hekk qed jiġi enfasizzat l-element tat-taħriġ. “Din il-proposta rridu nagħmluha b’kollaborazzjoni mas-settur privat għall-benefiċċju tan-nies l-aktar dawk li huma vulnerabli u illitterati. Irridu naraw li dawk li għandhom il-fuq minn 40 sena jingħataw l-opportunità li jużaw il-mezzi moderni tal-infomatika. Dan il-programm ikopri l-Kottonera, x-Xgħajra, il-Belt Valletta kif ukoll il-Marsa.

Waqt din it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza tal-informatika fid-dinja tal-lum. Huwa spjega li llum wieħed li ma jkunx jaf jagħmel użu mit-tekonloġija tal-informatika jkun żvantaġġjat ħafna.  Inħass li kien hemm bżonn programm iffukat għal-lokalitajiet ta’ madwar il-Port il-Kbir u għalhekk permezz ta’ diskussjonijiet mal-privat u bejn ż-żewġ Segretarjati ġie żvilluppat dan il-programm.  

Zammit Lewis saħaq li “permezz ta’ inizjattivi fil-komunitajiet, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali u entitajiet edukattivi tal-ICT, nistgħu niżirgħu żerriegħa li tikber f’ċiklu virtuż fejn bħala komunità, b’hekk nużaw ICT għall-benessri tagħna u dawk ta’ madwarna. Il-ġenituri għandhom iħeġġu t-tfal jagħtu importanza lill-edukazzjoni tagħhom u jressquhom lejn t-teknoloġija tal-informatika li jwasslu għall-kisba u żvilupp tal-ħiliet tal-istess tfal.” 

Permezz tal-MITA il-Gvern qed jaħdem biex issaħħaħ u jissimplifika s-servizzi tal-eGovernment, il-Gvern qed jaħdem biex jiżdied l-aċċess għal dawn is-servizzi kemm permezz ta’ taħriġ fl-ICT kif ukoll permezz ta’ proġetti li jżidu l-aċċessibbiltà tal-Internet bħal FTTH u WiFi State. 

F’Smart City Malta, L-Onor Zammit Lewis ħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu biex Smart City Malta verament ikun suċċess.  Fix-xhur li ġejjin l-MITA se tkun qed tiftaħ Innovation Centre fi Smart City Malta (SCM).  Mossa li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-kumpaniji privati tal-ICT, tant li qed jiżdied l-interess minn ditti kbar sabiex jiftħu f’SCM.

Edward Zammit Lewis temm jgħid li l-miri tal-Gvern għall-Soċjetà Digitali jintlaħqu biss jekk inkomplu nagħtu dan it-tagħlim lil ġenerazzjonijiet kollha inkluż l-anzjani tagħna, biex tabilħaqq ikollna soċjetà moderna u minn tal-aqwa fl-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow