IL-PARLAMENT MALTI JINGĦATA RIKONOXXIMENT MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB GĦAL XOGĦOL TA’ RIĊERKA DWAR DEĊIŻJONIJIET (RULINGS) TAS-SEDJA
Il-Parlament Malti ġie ppreżentat b’ċertifikat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fil-katergorija “Riċerka Ġenerali bil-Malti jew b’Lingwa Oħra” għall-pubblikazzjoni intitolata “Speakers’ Rulings in the Parliament of Malta: First Volume Parts One and Two: The Legislative Assembly 1921-1924”.
Il-kumpilazzjoni u l-edittjar tax-xogħol sar mill-Professur Raymond Mangion, Kap tad-Dipartiment tal-Istorja u Metodoloġija Legali fi ħdan il-Fakulta tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Ir-riċerka kienet tkopri l-ewwel leġiżlatura tal-Assemblea Leġiżlattiva wara li Malta ngħatat il-Kostituzzjoni (Amery-Milner) fl-1921.
Il-Pubblikazzjoni kienet tifforma parti mill-attivitajiet li ġew organizzati biex jitfakkar id-90 anniversarju tal-Parlament Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en