Left arrow Mur Lura

​STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr2667
Date Icon 28/11/2013

L-abbużi mhux se jiġu tollerati

L-azzjoni ta’ nfurzar li bdiet ttieħdet mill-MEPA u twaqqfet mill-Qorti fuq is-sit magħruf bħala Montekristo kienet qed issir wara diversi twissijiet biex ma jitkomplix xogħol illegali f’żoni barra ż-żona ta’ żvilupp.

Fl-aħħar xhur intensifikaw l-isforzi biex l-iżviluppi illegali f'dan is-sit ma jitkomplewx u tinstab soluzzjoni. L-awtoritajiet wissew lis-sidien u rappreżentanti tagħhom li m'għandux jibqa jsir żvilupp illegali u li jekk dan l-abbuż mhux se jieqaf b’mod immedjat kienet se tittieħed azzjoni.

L-abbuż u l-iżvilupp illegal baqa’ għaddej xorta.

F’wiċċ dan l-abbuż flagranti, il-MEPA ħadet azzjoni skont il-liġi.

Il-Gvern jinnota l-azzjoni legali li ħadet is-soċjeta’ Polidano Brothers u d-deċiżjoni tal-Qorti li twaqqaf l-azzjoni tal-MEPA.

Il-Gvern jirrispetta d-deċiżjoni li ħadet il-Qorti temporanjament, iżda se juża l-proċess legali biex ikompli jisħaq favur li l-illegalita’ tieqaf. Il-Gvern jawgura li l-proċess ikun wieħed li jsir fi żmien raġonevolment qasir meta wieħed iqis is-serjeta’ tal-azzjoni.

Il-familji Maltin u Għawdxin jistennew li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni kontra l-illegalita’ u l-Gvern jibqa’ kommess li jieħu l-azzjoni li huwa meħtieġ skont il-liġijiet ta’ Malta.

Il-messaġġ ta’ dan il-Gvern huwa ċar. Il-Gvern mhux se jittollera l-ebda abbuż – jiġi minn fejn jiġi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow